top of page

Italja u Svizzera: 26 - 31 t’Awwissu 2025

Inżuru: Brescia, Como, Bellagio, Lugano, Locarno, Bellinzona, Bergamo, Piacenza, u Cremona

 

It-Tlieta 26 t’Awwissu: Malta – Brescia

Niltaqghu l-ajruport internazzjonali ta’ Malta fil-10.45 biex naqbdu t-titjira KM Malta Airlines KM624 li titlaq minn Malta fis-12.45 u tasal l-ajruport Linate ta’ Milan fit-14.45. Coach privat iwassalna fil-lukanda B&B Hotel Brescia 3* li se tkun qed tospitana matul dan is-soggjorn.

 

Filghaxija, flimkien mat-tour leader niehdu l-ewwel impressjonijiet tal-belt u c-centru famuz taghha madwar l-inhawi ta’ Piazza della Loggia.

 



L-Erbgħa 27 t’Awwissu: Lugano

L-ewwel eskursjoni matul din il-gita tehodna fil-belt Svizzera ta’ Lugano, belt maghrufa ghall-ghadira li ggib l-istess isem, u l-muntanji meraviljuzi li jdawwruha. Flimkien mat-tour leader inzuru l-attrazzjonijiet principali bhal Piazza della Riforma, il-knisja principali tal-belt Santa Maria degli Angioli, u Parco Ciani. Wara, ghal min ikun interessat, ikollna anke cans nitilghu fuq Monte Bre’, maghrufa ghall-veduta meraviljuza li toffri, permezz ta’ funikular li jitlaq mic-centru tal-belt (prezz ta’ €27 mhux inkluz). Wara, jinghata hin liberu ghal shopping u sightseeing personali.

 



Il-Ħamis 28 t’Awwissu: Como u Bellagio

L-eskursjoni tal-llum tehodna f’uhud mill-iktar zewgt ibliet pittoreski tal-Italja ta’ fuq, it-tnejn madwar l-ghadira famuza Como.

 

Nibdew mill-belt principali li ggib l-istess isem, maghrufa ghal veduti spettakolari, storja, u arkitettura. Flimkien mat-tour leader inzuru l-attrazzjonijiet principali bhall-kattidral tal-Assunta, Palazzo del Broletto, u Tempio Voltaino. Ma tonqosx passiggata madwar l-ghadira ta’ Como, pajsagg tant maghruf ghas-sbuhija naturali tieghu.

 

Wara, nibqghu sejrin lejn it-tieni destinazzjoni taghna, Bellagio, belt ohra mal-istess ghadira. Hawnhekk ukoll inzuru l-attrazzjonijiet principali ta’ Piazza della Chiesa, il-knsija ddedikata lil San Gakbu, u l-gonna ta’ Villa Melzi.

 

Fiz-zewg postijiet jinghata hin liberu ghal shopping u sightseeing personali.

 



Il-Ġimgħa 29 t’Awwissu: Locarno u Bellinzona

L-eskursjoni tal-llum terga tehodna f’zewg postijiet mill-isbah tal-Isvizzera.

 

Nibdew b’Locarno, belt imsejjsa fuq Lago Maggiore u mbewwsa dawramejt bl-Alpi. Nibdew milli nzuru Piazza Grande u l-palazz Visconteo. Wara, permezz tal-funikular, nitilghu fiz-zona ta’ Madonna del Sasso fejn inkunu nistghu ingawdu l-veduti spettakorai tal-pajsaggi Svizzeri ferm maghrufa ghas-sbuhija naturali taghhom (hlas ta’ €10 ghall-funikular mhux inkluz).

 

Wara, nibqghu sejrin lejn Bellinzona, belt ohra gojjell fl-Isvizzera. Hawnhekk inzuru l-isbah postijiet tal-belt fosthom nitilghu permezz ta’ lift fuq Castelgrande, il-knisja ddedikata li San Pietru u san stiefnu, Piazza Nosetta, Via del Teatro, Piazza del Governo, u Castello Montebello.

 

Fiz-zewg postijiet jinghata hin liberu ghal shopping u sightseeing personali.

 



Is-Sibt 30 t’Awwissu: Bergamo

Il-gurnata tal-llum toffrilna wahda mill-isbah u l-iktar bliet popolari tal-Italja. Nibdew minn Bergamo Bassa fejn inzuru Piazza Matteotti u t-Teatro Donizetti. Wara, permezz tas-servizzi pubblici nitilghu lejn ic-centru storiku ta’ Bergamo Alta. Hawnhekk inzuru l-attrazzjonijiet principali bhal Piazza Vecchia, il-Bazilika ta’ Santa Maria Maggiore, il-kappella Colleoni, Piazza Vecchia, Palazzo della Podesta, u Piazza Maggiore.

 

Wara, bhas-soltu jinghata hin liberu ghal shopping u sightseeing personali.

 



Il-Ħadd 31 t’Awwissu: Cremona u Piacenza – Malta

L-ahhar eskursjoni tehodna f’zewg postijiet ohrajn mill-isbah fl-Italja. Nibdew bi Cremona, maghrufa kemm ghas-sbuhija taghha fil-preservazzjoni tal-pajsagg medjavali tac-centru storiku taghha, kif ukoll ghall-manifattura tal-vjolini. Inzuru l-attrazzjonijiet principali Piazza del Comune, il-kattidral ta’ San Egidju u San Omobonu u l-battisteru tieghu, kif ukoll it-Torrazzo, maghruf bhala l-itwal torri fl-Italja.

 

Wara, nibqghu sejrin lejn Piacenza, fejn inzuru Piazza Cavalli li tospita fiha l-monumenti ta’ Alessandro u ibnu Ranccio Farnese, Palazzo Comunale, u l-kattidral iddedikat lill-Assunta u Santa Giustina, kif ukoll il-knsija ta’ San Frangisk.

 

Wara li jinghata hin liberu, nibqghu sejrin direttament lejn l-ajruport Linate fejn naqbdu t-titjira KM Malta Airlines KM627 li thalli lil Milan fid-20.45 u tasal pajjizna fil-22.45.



 

Prezzijiet:

  • Persuna f’kamra ta’ tlieta:         €580.00

  • Persuna f’kamra ta’ tnejn:         €599.00

  • Persuna f’kamra singola:           €712.00


Prezzijiet garantiti għall-ewwel 25 persuna li jhallsu depozitu ta’ €300


 

Il-prezz jinkludi:

  • It-titjiriet KM Malta Airlines Malta-Milan-Malta

  • It-taxxi u service charges tal-ajruporti

  • Bagalja 20kg, hand luggage 10kg, u basket

  • It-transfers mill-ajruport ghal-lukanda

  • Akkomodazzjoni fil-lukanda B&B Hotel Brescia 3* fiċ-ċentru ta’ Brescia

  • Breakfast buffet kull filghodu

  • It-taxxi tas-soggjorn fi Brescia

  • It-taxxa tal-Insolvency Fund ta’ Malta

  • Is-servizz tat-tour leader t’esperjenza George P. Cassar


 

Eskursjonijiet ta’ Gurnata:

  • Como u Bellagio:                         €50.00

  • Lugano:                                          €55.00

  • Locarno u Bellinzona:                €65.00

  • Bergamo:                                       €40.00

  • Cremona u Piacenza:                €50.00


Ħlasijiet tal-funikulari mhux inkluzi. Prezzijiet tagħhom kif indikati fil-programm.

 


 

Bookings isiru b’depozitu ta’ €300 fi flus kontanti, cheque pagabbli lil PMC Tours, bank transfer, jew Revolut.

 

Iktar taghrif jinkiseb fuq +356 7905 9704

 

Comments


  • Grey Facebook Icon
bottom of page