top of page

L-Ewwel tas-Sena fi Vienna: 28 ta' Diċembru 2024 - 3 ta' Jannar 2025

Inżuru: Vienna - Bratislava - Schoenbrunn - Graz - Melk


Is-Sibt 28  ta’ Diċembru – Malta – Bratislava – Vienna

 

Nitliqu minn Malta mat-titjira KM514 li titlaq fis-06.30am u twassalna Vienna fid-08.50am. Coach privat iwassalna ghall-ewwel eskursjoni taghna billi naqsmu l-fruntiera ghas-Slovakkja, ghal belt ta’ Bratislava. Belt li minkejja c-cokon taghha, hija ferm maghrufa ghall-veduti pittoreski taghha tad-Danubju, binjiet b’arkitettura liema bhala, u toroq tradizzjonali li joffru xenarju meravilljuz meta mwahhda mal-atmosfera ta’ dawn iz-zminijiet. Flimkien mat-tour leader, inzuru mkejjen ta’ nteress bhal ma huma t-Teatru Nazzjonali Slovakk, il-katidral ta’ San Martin, filwaqt li naqsmu x-xmara permezz ta’ pont ferm pittoresk sabiex naslu sal-kastell li Bratislava hija maghrufa ghalih. Jinghata hin liberu sabiex wiehed ikun jista jgawdi l-christmas markets, kif ukoll ghal shopping u sight seeing persunali. Naslu Vienna fejn issir is-sistemazzjoni fil-kmamar, kif ukoll ikollna cans ghac-cena.

 



Il-Ħadd 29 ta’ Diċembru – Graz

 

Il-gurnata tal-llum toffrielna l-ahhar eskursjoni ghal din il-gita ghal belt ta’ Graz, it-tieni l-ikbar belt fl-Awstrija wara Vienna. Graz hija belt ohra maghrufa ghal panorami u l-arkitettura. It-tour leader iwassal lil gitanti fl-attrazzjonijiet principali bhal ma huma l-kattidral, Hauptplatz, pjazza maghrufa ghall-binjiet storici bhal ma huma l-binja municipali u ohrajn kif ukoll ghall-fatt li tospita l-Christmas Markets principali, kif ukoll Herrengasse, wahda mit-toroq principali storici, li hija wkoll maghrufa ghall-hwienet taghha u ristoranti.

 



It-Tnejn 30 ta’ Diċembru – Vienna

 

Il-gurnata tal-llum toffrielna gita mal-belt ta’ Vienna li qed tospitana, kapitali tal-Awstrija, maghrufa bhala l-belt tal-muzika minhabba l-ammont kbir ta’ kompozituri li twieldu u ghexu fiha, kif ukoll ghall-arkitettura u atmosfera tant sabih li toffri hi u x-xmara Danube li tghaddi minnha. It-tour leader jaghti city tour fejn juri u jispjega lil gitanti l-attrazzjonijiet principali tal-belt bhal Karlskriche, it-Teatru tal-Opra, il-Palazz Hofburg, il-binja amministrattiva maghrufa bhala ‘Rathaus’, il-Kattidral ta’ San Stiefnu, u l-pjazza  li fuqha hu mibni. Postijiet li ma nilhqux inzuru matul din il-gurnata jitqassmu mal-granet l-ohrajn li ghandna fi Vienna

 



It-Tlieta 31 ta’ Diċembru – Vienna

 

Il-gurnata tal-llum hija wahda libera sabiex wiehed ikun jista jahtaf l-ahhar opportunita’ ghal ‘Sightseeing’ persunali, shopping, u kwalunkwe rilassament iehor.

 

Filghaxija, ghal min ikun jixtieq, tigi organizzata cena tal-ahhar tas-sena f’wiehed mir-restaurants tipici Vjennizi (prezz mhux inkluz), filwaqt li nkunu nistghu ngawdu c-celebrazzjonijiet u loghob tan-nar tal-ahhar tas-sena.

 



L-Erbgħa 1 ta’ Jannar  – Vienna – Palazz Schoenbrunn

 

In-nofstanhar ta’ filghodu llum jibda b’hin ta’ mistrieh, fejn imbaghad wara nofsinhar coach privat iwassalna lejn il-palaz Schoenbrunn, palazz imperjali li huwa wiehed mill-iktar postijiet li ta’ min izurhom fi Vienna. Wara, issir anke dawra max-xmara Danube permezz ta’ dghajsa (prezz mhux inkuz – suggett li jippermetti t-temp).

 



Il-Ħamis 2 ta’ Jannar – Melk

 

Wara l-breakfast, il-coach taghna twassalna lejn Melk, belt ohra mibnija max-xmara Danube li hija maghrufha l-iktar ghal wiehed mill-isbah monasteri Benedittini fl-Ewropa, mibni fuq stil barokk u moghni b’affreski mill-isbah flimkien ma veduti unici tal-pajsagg Awstrijakk.

 



Il-Ġimgħa 3 ta’ Jannar – Vienna – Malta

 

Matul dan l-ahhar nofstanhar fi Vienna, ikollna cans ukoll inzuru l-iStadtpark, maghruf ghall-munument dehbi tal-kompozitur Johann Strauss, post iehor ikoniku fi Vienna. Waranofsinhar, coach privat iwassalna lejn l-ajruport fejn naqbdu t-titjira KM Malta Airlines KM517 li titlaq lejn pajjizna fil-17.00 u tasal fis-19.20.


 

Prezzijiet:


  • Persuna f’kamra ta’ tlieta €770

    • Persuna f’kamra ta’ tnejn      €830

      • Persuna f’kamra singola        €1279

 

Prezzijiet garantiti ghall-ewwel 25 persuna li jhallsu depozitu ta’ €200


 

Il-prezz jinkludi:

  • It-titjiriet Malta-Vienna-Malta

  • Bagalja ta' 20kg, u hand luggage għal kull persuna

  • It-taxxi u service charges tal-ajruporti

  • It-transfers mill-ajruport ghal-lukanda

  • Is-City Tour fi Vienna

  • Akkomodazzjoni fil-lukanda Hotel Post 3* fic-centru ta’ Vienna

  • Breakfast buffet kull filghodu

  • Kmamar fil-lukanda mghammra bil-kumditajiet kollha

  • It-taxxi tas-soggjorn fi Vienna

  • L-Insolvency Fund

  • Is-servizz tat-tour leader t’esperjenza George P. Cassar


 

Eskursjonijiet ta’ Gurnata:

  • Bratislava                                           €40

  • Graz                                                    €50

  • Schoenbrunn (nofstanhar)              €20 (biljett ta’ €38 mhux inkluz)

  • Melk                                                    €40 (biljett ta’ €15 mhux inkluz)


Danube Cruise (price tba)

NYE Dinner €40

 

Bookings isiru online fuq www.pmctours.com, b’depozitu ta’ €200 fi flus kontanti, cheque pagabbli lil PMC Tours, bank transfer, jew Revolut.


Iktar taghrif jinkiseb fuq +356 79059704

 


 

 


 

 

Kommentare


bottom of page