top of page

Munich - Christmas Markets: 09-14 Diċembru 2024

Inżuru: Munich – Landshut – Innsbruck – Rothenburg – Nuremberg

 

It-Tnejn 9 ta’ Diċembru 2023 – Malta – Munich – Landshut

 

Il-gitanti jiltaqghu mat-tour leader fis-7.00am fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta. Gitanti Ghawdxin ikollhom l-ghazla ta’ trasport privat dirett minn darhom. Il-Flight KM Malta Airlines KM306 iwassalna fl-ajruport ta’ Munich f’11.35. Coach privat iwassalna ghall-ewwel eskursjoni taghna f’Landshut, rahal mill-izjed pittoresk fir-regjun tal-Bavaria. Inzuru nhawi ta’ nteress bhall-kattidral, il-palaz Etsdorf, u l-binja maestuza tal-municipju. Wara, jinghata hin liberu sabiex wiehed ikun jista jgawdi l-Christmas Market u l-veduti meraviljuzi li toffri din il-belt.

 

Wara, vjagg qasir iwassalna fil-hotel Wallis, fic-Centru ta’ Munich, fejn jitqassmu l-kmamar u nkunu f’hin tajjeb sabiex wiehed jiccena liberament.

 


It-Tlieta 10 ta’ Diċembru – Innsbruck

 

Wara l-breakfast, illum naqsmu l-fruntiera lejn l-Awstrija fejn coach privat iwassalna lejn wahda mill-isbah bliet taghha, Innsbruck. Hawnhekk, barra li nsibu belt moghnija bi gmiel naturali u arkitettoniku, f’dawn iz-zminijiet il-belt tospita wiehed mill-isbah Christmas Markets fl-inhawi. Flimkien mat-tour leader, inzuru l-attrazzjonijiet pricipali fosthom il-kattidral, il-‘Hofkirche’, il-kastell Hofburg, il-famuza gallerija bis-saqaf tad-deheb, kif ukoll Marie-Therisien Strasse li fiha anke l-Christmas Market principali. Wara, jinghata hin liberu ghal sightseeing personali u shopping. Nirritornaw fi Munich f’hin opportun sabiex wiehed jiccena u jkompli jgawdi l-belt li qed tospitana.



L-Erbgħa 11 ta’ Diċembru – Munich

 

Il-Gurnata tal-llum hija ddedikata ghas-City Tour tal-belt li qieghdha tospitana, kif ukoll sabiex wiehed ikun jista jambjenta ruhu ahjar mal-inhawi u l-postijiet ta’ nteress ta’ Munich. Inzuru fost l-ohrajn Marienplatz u l-binja municipali li tiddominaha, fejn inkunu nistghu ingawdu wkoll l-arlogg famuz moghni b’diversi figuri mekkanizzati, il-knisja katidrali ta’ Munich iddedikata lil Madonna, il-knisja ta’ San Mikiel, il-palazz Residenz, u t-teatru Cuvilles (entraturi extra).

 



Il-Ħamis 12 ta’ Diċembru – Rothenburg ob der Tauber

 

Wara l-breakfast, coach privat iwassalna f’rahal iehor mibni max-xatt tax-xmara Tauber, maghruf bhala wiehed mill-iktar irhula medjavali ppreservati fl-Ewropa, moghni b’arkitettura mill-isbah u toroq serpeggjanti li jkomplu jzidu mal-faxxinu tieghu. Flimkien mat-tour leader inzuru Alte Stradt, il-binja municipali, Plonlein, il-gnien tal-palazz, u Jakobskirsch. Bhas-soltu, jinghata hin liberu ghal shopping u sightseeing personali.

 



Il-Ġimgħa 13 ta’ Diċembru – Nuremberg

 

Wara l-breakfast, coach privat iwassalna fil-belt ta’ Nuremburg, maghrufa ghas-sbuhija taghha, veduti mill-isbah, kif ukoll l-eqdem u wiehed mill-ikbar Christmas Markets fil-Germanja. Flimkien mat-tour leader, inzuru attrazzjonijiet bhall-kastell Imperjali, Frauenkirche, Lorenzkirche, kif ukoll l-inhawi ta’ Konigstrasse u l-pjazza Hauptmarkt li tospita l-Christmas Market principali. Wara, jinghata hin liberu ghal shopping u personal sight seeing. Nirritornaw Munich f’hin opportun sabiex wiehed jiccena u jkompli jgawdi l-belt li qed tospitana.

 



Is-Sibt 14 ta’ Diċembru – Munich – Malta

 

Wara l-breakfast, ikollna ftit hin liberu sabiex naghtu l-ahar daqqa t’ghajn lil Munich. Wara, coach privat iwassalna fl-ajruport ta’ Munich sabiex naqbdu t-titjira tal-Airmalta KM309 lejn pajjizna li titlaq fis-07.00pm. Gitanti Ghawdxin ikollhom minibus privat li jwassalhom sa djarhom (hlas extra).


 

Prezzijiet:

 

·      Persuna f’kamra ta’ tlieta      €559

·      Persuna f’kamra ta’ tnejn       €599

·      Persuna f’kamra singola        €779

 

Prezzijiet garantiti ghall-ewwel 30 persuna li jhallsu depozitu ta’ €200


 

Il-prezz jinkludi:

· It-titjiriet Malta-Munich-Malta

· It-taxxi u service charges tal-ajruporti

· It-transfers mill-ajruport ghal-lukanda

· Bagalja ta' 20kg, u hand luggage għal kull persuna

· Is-City Tour fi Munich

· Akkomodazzjoni fil-lukanda Hotel Wallis 3* fic-centru ta’ Munich

· Breakfast buffet abbundanti kull filghodu

· Kmamar fil-lukanda mghammra bil-kumditajiet kollha

· It-taxxi tas-soggjorn fi Munich

· Is-servizz tat-tour leader t’esperjenza George P. Cassar


 

Eskursjonijiet ta’ Ġurnata:

  • Landshut                     €45

  • Innsbruck                    €50

  • Rothenburg                 €55

  • Nuremberg                  €55


 

Bookings isiru online fuq www.pmctours.com, b’depozitu ta’ €200 fi flus kontanti, cheque pagabbli lil PMC Tours, bank transfer, jew Revolut.


Iktar taghrif jinkiseb fuq +356 79059704

 


 

 

 


Comentarios


bottom of page