top of page

Praga: 31 ta’ Lulju – 5 t’Awissu 2025


Inżuru: Dresden, Karlovy Vary, Pilsen, u Pardubice

 

Il-Ħamis 31 ta’ Lulju: Malta – Praga

Niltaqghu l-ajruport internazzjonali ta’ Malta fil-11.30am u nitilqu mat-titjira KM Malta Airlines KM538 fis-1.30pm, li twassalna Praga fl-04.00pm. Coach privat iwassalna fil-lukanda Majestic Plaza 4*superior fic-centru ta’ Praga. Filghaxija, it-tour leader jaghti l-ewwel hjiel tal-belt li se tkun qed tospitana fejn inzuru l-imkejjen l-iktar principali bhal Wenceslas Square, Old Town Square maghrufa ghall-arlogg astronomiku li jinsab fiha, il-knisja Tyn, it-torri polverista, u Charles Bridge.

 


Il-Ġimgħa 1 t’Awwissu: Karlovy Vary

Il-gurnata tal-llum toffrielna l-ewwel eskursjoni matul din il-gita, il-belt ta’ Karlovy Vary, maghrufa bhala wiehed mill-isbah resorts tar-Repubblika Ceka. Inzuru l-imkejjen principali fosthom Mill Colonnade, Market Colonnade, Hot Spring Colonnade, il-knisja ddedikata lil Marija Maddalena, it-triq principali stara Louka, u x-xmara Tepla. Wara, jinghata hin liberu ghal-shopping, personal sightseeing, u kwalunkwe rilassament iehor.

 



Is-Sibt 2 t’Awwissu: Dresden

L-eskursjoni tal-llum twassalna fil-belt irjali ta’ Dresden, fejn naqsmu l-fruntiera ghall-Germanja. Coach privat iwassalna fic-centru tal-belt ikkaratterizzata mill-veduti tax-xmara Elbe. Flimkien mat-tour leader inzuru l-attrazzjonijiet principali bhal Frauenkirche, il-palazz Zwinger, it-teatru tal-opra Semperoper, Bruhlsche Terrasse maghruf bhala l-gallerija tal-Ewropa minhabba l-veduta stupenda li joffri, nghaddu mill-bieb principali antic tal-belt maghruf bhala Georgentor, kif ukoll it-triq principali Altstadt maghrufa ghall-opportunitajiet unici ta’ shopping li toffri. Jinghata hin liberu ghal sightseeing persunali, shopping, u rilassament iehor.

 


Il-Ħadd 3 t’Awwissu: Pilsen

L-eskursjoni tal-llum hija wahda mill-iktar interessanti, fejn tehodna f’Pilsen, belt maghrufa ghall-manifattura tal-birra. Inzuru l-attrazzjonijiet principali tal-belt fosthom il-knisja ta’ San Bartilmew, Nam Republiky, Great Synagogue, u fl-ahhar ikollna anke l-opportunita ta’ guided tour fil-birrerija Pilsner Urquell, wahda mill-birreriji l-iktar famuzi mad-dinja. Wara, bhal dejjem, jinghata hin liberu

 



It-Tnejn 4 t’Awwisu: Praga

Il-gurnata tal-llum hija kompletament iddedikata ghall-belt li qed tospitana, Praga. Inzuru whud mill-attrazzjonijiet principali bhall-knisja tal-Vittorja maghrufa peress li fiha hemm il-bambin ta’ Praga, fejn minn hemm nibqghu tielghin fuq il-Prague Castle, u nzuru l-kattidral ta’ San Vito, il-Bazilika ta’ San Gorg, kif ukoll il-golden lane. Wara nofsinhar ikollna cans izuru wkoll il-gzira Kampa, u jkollna wkoll ic-cans ghal mawra madwar ix-xmara Vlatava bid-dghajsa (prezz mhux inkluz).



It-Tlieta 5 t’Awwissu: Pardubice – Malta

L-ahhar gurnata taghna twassalna f’Pardubice, belt ohra mill-isbah fir-Repubblika Ceka. Hawnhekk, inzuru l-imkejjen principali fosthom il-pjazza Pernstynske u Green Gate, it-torri tas-seklu 16 li jiddomina l-belt, il-kastell ta’ Pardubice, il-Knisja ta’ San Bartilmew, il-gonna Tyrsovy, u x-xmara Chrudimka.

 

Wara, nibqghu sejrin lejn l-ajruport fejn naqbdu t-titjira KM Malta Airlines KM539 li titlaq fid-08.40pm.



 

Prezzijiet:

 

  • Persuna f’kamra ta’ tlieta:           €690

  • Persuna f’kamra ta’ tnejn:           €720

  • Persuna f’kamra singola:             €999

 

Eskursjonijiet ta’ ġurnata:


  • Karlovy Vary:                                         €40

  • Pilsen:                                                       €35 + €15 tour fil-birrerija

  • Dresden:                                                  €45

  • Pardubice:                                              €35

 

Prezzijiet garantiti ghall-ewwel 20 persuna li jhallsu depozitu ta’ €300

 

Il-prezz jinkludi:

 

  • It-titjiriet KM Malta Airlines Malta-Praga-Malta

  • It-taxxi u service charges tal-ajruporti

  • It-transfers mill-ajruport ghal-lukanda u lura

  • Is-City Tours fi Praga

  • Akkomodazzjoni fil-lukanda Hotel Majestic Plaza 4*superior fic-centru ta’ Praga

  • Breakfast buffet kull filghodu

  • Kmamar fil-lukanda mghammra bil-kumditajiet kollha

  • It-taxxi tas-soggjorn fi Praga

  • It-taxxa tal-insolvency fund

  • Is-servizz tat-tour leader t’esperjenza George P. Cassar

 

Bookings isiru online fuq www.pmctours.com, b’depozitu ta’ €150 fi flus kontanti, cheque pagabbli lil PMC Tours, bank transfer, jew Revolut.


Iktar taghrif jinkiseb fuq +356 79059704

 

 

Comments


  • Grey Facebook Icon
bottom of page