Inzuru: Castelli Romani, u Assisi
L-Erbgħa 23 t’April: Malta – Ruma – Castelli Romani
Nitilqu minn Malta mat-titjira KM Malta Airlines KM612 li titlaq fis-7am u tasal fl-ajruport ta’ Fiumicino fit-8.35am. Coach privat li jkun qed jistenniena l-ajruport iwassalna ghall-ewwel eskursjoni taghna fiz-zona ta’ Castelli Romani, fejn nibdew billi nzuru Frascati, villagg fuq gholja fil-qalba ta’ din iz-zona maghrufa kemm ghall-produzzjoni tal-inbid, kif ukoll bhala centru storiku b’veduti unici, fejn inzuru l-attrazzjonijiet principali fosthom Villa Aldobrandini, il-kattidral ta’ San Pietru u l-pjazza ta’ madwaru, u jkollna anke hin liberu sabiex ingawdu l-ambjent tal-madwar. Wara, nibqghu sejrin lejn Nemi, villagg iehor fl-istess zona maghruf l-iktar ghall-veduti unici li joffri tal-ghadira li ggib l-istess isem. Hanhekk inzuru wkoll l-attrazzjonijiet principali bhal Piazza Umberto I u Palazzo Ruspoli. Jinghata wkoll hin liberu ghall-pranzu u biex wiehed igawdi l-atmosfera unika ta’ dawn il-villaggi. L-ahhar destinazzjoni tal-gurnata tkun Castel Gandolfo, villagg maghruf ghall-fatt li huwa r-residenza estiva tal-Papa. Hawnhekk inzuru Piazza della Liberta, il-palazz tal-papiet, u Giardino Barberini, filwaqt li nkunu nistghu ingawdu l-veduti tal-ghadira Albano.
Hekk kif naslu fil-lukanda u ssir is-sistemazzjoni fil-kmamar, jinghata hin ta’ mistrieh, u t-tour leader jaghti l-ewwel orjentazzjoni tal-belt lill-gitanti.
Il-Ħamis 24 t’April – Ruma
Il-gurnata tal-llum tehodna f’uhud mmill-iktar inhawi famuzi ta’ Ruma. L-ewwel waqfa tkun fil-Bazilika ta’ San Pietru. Wara, nibqghu sejrin lejn Kastell Sant’Anglu, Piazza Navona, Sant’Agnese in Agone, il-Pantheon, Chiesa del Gesu’, Sant’Ignazio di Loyola, kif ukoll Piazza Venezia u l-munument famuz Vittoriano. Jinghata hin liberu u ta’ mistrieh f’diversi waqfiet strategici. It-trasport tal-llum isir permezz tal-metropolitana (prezz inkluz).
Il-Ġimgħa 25 t’April – Assisi
L-eskursjoni tal-llum tehodna permezz ta’ coach privat fil-Belt ta’ Assisi, maghrufha kemm ghas-sbuhija taghha, kif ukoll ghall-fatt li fiha kien jghix San Frangisk, u hemm meqjum ukoll Carlo Acutis. Hawnhekk inzuru l-Bazilika ta’ San Frangisk, Piazza del Comune, il-Bazilika ta’ Santa Chiara, Rocca Maggiore, Corso Giuseppe Mazzini, Santa Maria Maggiore fejn hu midfun Acutis, Santa Maria Sopra Minerva, u Santa Maria Degli Angeli. Bhas-soltu, jinghata hin liberu.
Is-Sibt 26 t’April – Ruma
Il-gurnata tal-llum tehodna mill-gdid f’uhud mill-isbah imkejjen ta’ Ruma. Nibdew billi nzuru San Paolo Fuori le Mura u l-iScala Santa, kif ukoll l-arcibazilika San Giovanni in Laterano u San Clemente. Wara nofsinhar, inzuru l-imkejjen storici tal-kolossew, l-ark ta’ Kostantinu, il-Foro Romano, u l-gholja Palatino maghruf bhala l-post li minnu hareg l-imperu Ruman. It-trasport tal-llum isir ukoll permezz tal-metropolitana (inkluz).
Il-Ħadd 27 t’April – Kanonizzazzjoni Carlo Acutis
Illum, wara l-breakfast nibqghu sejrin direttament lejn Pjazza San Pietru, fejn fl-1030am tibda c-celebrazzjoni tal-kanonizzazzjoni ta’ Carlo Acutis. Wara li tispicca c-cerimonja, jinghata hin liberu. Waranofsinhar inkomplu nzuru l-attrazzjonijiet ta’ Ruma li ma nkunux ilhaqna dorna fil-granet l-ohrajn.
It-Tnejn 28 t’April – Ruma – Malta
Wara l-kolazzjon, coach privat iwassalna lejn l-ajruport ta’ Fiumicino fejn naqbdu t-titjira KM613 li titlaq fl-0950am u tasal Malta fil-1120am. Gitanti Ghawdxin ikollhom trasport minn u lejn darhom (prezz mhux inkluz)
Prezzijiet:
Persuna f’kamra ta’ tlieta €699
Persuna f’kamra ta’ tnejn €789
Persuna f’kamra singola €1141
Prezzijiet garantiti ghall-ewwel 25 persuna li jhallsu depozitu ta’ €200
Il-prezz jinkludi:
It-titjiriet Malta-Ruma-Malta
It-taxxi u service charges tal-ajruporti
It-transfers mill-ajruport ghal-lukanda
Bagalja ta' 20kg, u hand luggage għal kull persuna
Is-City Tours f’ Ruma
Il-biljetti tal-Metropolitana f’Ruma ghal matul is-soggjorn kollu
Akkomodazzjoni fil-lukanda Hotel Orazia 3* fic-centru ta’ Ruma
Breakfast buffet continental kull filghodu
Kmamar fil-lukanda mghammra bil-kumditajiet kollha
It-taxxi tas-soggjorn f’Ruma
Il-hlasijiet taz-ZTL B f’Ruma
Is-servizz tat-tour leader t’esperjenza George P. Cassar
Eskursjonijiet ta’ Ġurnata:
Castelli Romani €60
Assisi €80
Bookings isiru online fuq www.pmctours.com, b’depozitu ta’ €200 fi flus kontanti, cheque pagabbli lil PMC Tours, bank transfer, jew Revolut.
Iktar taghrif jinkiseb fuq +356 79059704
Email: info@pmctours.com
Website: www.pmctours.com
Comments