top of page

Ruma – Kanoniżżazzjoni ta’ Carlo Acutis: 23-28 t’April 2025


Inzuru: Castelli Romani, u Assisi

 

L-Erbgħa 23 t’April: Malta – Ruma – Castelli Romani

 

Nitilqu minn Malta mat-titjira KM Malta Airlines KM612 li titlaq fis-7am u tasal fl-ajruport ta’ Fiumicino fit-8.35am. Coach privat li jkun qed jistenniena l-ajruport iwassalna ghall-ewwel eskursjoni taghna fiz-zona ta’ Castelli Romani, fejn nibdew billi nzuru Frascati, villagg fuq gholja fil-qalba ta’ din iz-zona maghrufa kemm ghall-produzzjoni tal-inbid, kif ukoll bhala centru storiku b’veduti unici, fejn inzuru l-attrazzjonijiet principali fosthom Villa Aldobrandini, il-kattidral ta’ San Pietru u l-pjazza ta’ madwaru, u jkollna anke hin liberu sabiex ingawdu l-ambjent tal-madwar. Wara, nibqghu sejrin lejn Nemi, villagg iehor fl-istess zona maghruf l-iktar ghall-veduti unici li joffri tal-ghadira li ggib l-istess isem. Hanhekk inzuru wkoll l-attrazzjonijiet principali bhal Piazza Umberto I u Palazzo Ruspoli. Jinghata wkoll hin liberu ghall-pranzu u biex wiehed igawdi l-atmosfera unika ta’ dawn il-villaggi. L-ahhar destinazzjoni tal-gurnata tkun Castel Gandolfo, villagg maghruf ghall-fatt li huwa r-residenza estiva tal-Papa. Hawnhekk inzuru Piazza della Liberta, il-palazz tal-papiet, u Giardino Barberini, filwaqt li nkunu nistghu ingawdu l-veduti tal-ghadira Albano.

Hekk kif naslu fil-lukanda u ssir is-sistemazzjoni fil-kmamar, jinghata hin ta’ mistrieh, u t-tour leader jaghti l-ewwel orjentazzjoni tal-belt lill-gitanti.

 



Il-Ħamis 24 t’April – Ruma

 

Il-gurnata tal-llum tehodna f’uhud mmill-iktar inhawi famuzi ta’ Ruma. L-ewwel waqfa tkun fil-Bazilika ta’ San Pietru. Wara, nibqghu sejrin lejn Kastell Sant’Anglu, Piazza Navona, Sant’Agnese in Agone, il-Pantheon, Chiesa del Gesu’, Sant’Ignazio di Loyola, kif ukoll Piazza Venezia u l-munument famuz Vittoriano. Jinghata hin liberu u ta’ mistrieh f’diversi waqfiet strategici. It-trasport tal-llum isir permezz tal-metropolitana (prezz inkluz).

 



Il-Ġimgħa 25 t’April – Assisi

 

L-eskursjoni tal-llum tehodna permezz ta’ coach privat fil-Belt ta’ Assisi, maghrufha kemm ghas-sbuhija taghha, kif ukoll ghall-fatt li fiha kien jghix San Frangisk, u hemm meqjum ukoll Carlo Acutis. Hawnhekk inzuru l-Bazilika ta’ San Frangisk, Piazza del Comune, il-Bazilika ta’ Santa Chiara, Rocca Maggiore, Corso Giuseppe Mazzini, Santa Maria Maggiore fejn hu midfun Acutis, Santa Maria Sopra Minerva, u Santa Maria Degli Angeli.  Bhas-soltu, jinghata hin liberu.

 



Is-Sibt 26 t’April – Ruma

 

Il-gurnata tal-llum tehodna mill-gdid f’uhud mill-isbah imkejjen ta’ Ruma. Nibdew billi nzuru San Paolo Fuori le Mura u l-iScala Santa, kif ukoll l-arcibazilika San Giovanni in Laterano u San Clemente. Wara nofsinhar, inzuru l-imkejjen storici tal-kolossew, l-ark ta’ Kostantinu, il-Foro Romano, u l-gholja Palatino maghruf bhala l-post li minnu hareg l-imperu Ruman. It-trasport tal-llum isir ukoll permezz tal-metropolitana (inkluz).

 



Il-Ħadd 27 t’April – Kanonizzazzjoni Carlo Acutis

 

Illum, wara l-breakfast nibqghu sejrin direttament lejn Pjazza San Pietru, fejn fl-1030am tibda c-celebrazzjoni tal-kanonizzazzjoni ta’ Carlo Acutis. Wara li tispicca c-cerimonja, jinghata hin liberu. Waranofsinhar inkomplu nzuru l-attrazzjonijiet ta’ Ruma li ma nkunux ilhaqna dorna fil-granet l-ohrajn.

 



It-Tnejn 28 t’April – Ruma – Malta

 

Wara l-kolazzjon, coach privat iwassalna lejn l-ajruport ta’ Fiumicino fejn naqbdu t-titjira KM613 li titlaq fl-0950am u tasal Malta fil-1120am. Gitanti Ghawdxin ikollhom trasport minn u lejn darhom (prezz mhux inkluz)

 


 

Prezzijiet:

 

  • Persuna f’kamra ta’ tlieta                              €699

  • Persuna f’kamra ta’ tnejn                              €789

  • Persuna f’kamra singola                                €1141

 

 

Prezzijiet garantiti ghall-ewwel 25 persuna li jhallsu depozitu ta’ €200



 

 

Il-prezz jinkludi:

  • It-titjiriet Malta-Ruma-Malta

  • It-taxxi u service charges tal-ajruporti

  • It-transfers mill-ajruport ghal-lukanda

  • Bagalja ta' 20kg, u hand luggage għal kull persuna

  • Is-City Tours f’ Ruma

  • Il-biljetti tal-Metropolitana f’Ruma ghal matul is-soggjorn kollu

  • Akkomodazzjoni fil-lukanda Hotel Orazia 3* fic-centru ta’ Ruma

  • Breakfast buffet continental kull filghodu

  • Kmamar fil-lukanda mghammra bil-kumditajiet kollha

  • It-taxxi tas-soggjorn f’Ruma

  • Il-hlasijiet taz-ZTL B f’Ruma

  • Is-servizz tat-tour leader t’esperjenza George P. Cassar

 


 

 

Eskursjonijiet ta’ Ġurnata:


  • Castelli Romani                                  €60

  • Assisi                                                          €80

 


 

Bookings isiru online fuq www.pmctours.com, b’depozitu ta’ €200 fi flus kontanti, cheque pagabbli lil PMC Tours, bank transfer, jew Revolut.

 

 

Iktar taghrif jinkiseb fuq +356 79059704

 

Comments


bottom of page